It-tarbija ta’ xahar li s-Sibt instabet qawwija u sħiħa wara li allegatament inħatfet minn karozza nhar il-Ġimgħa, instabet mal-għarus tal-omm li m’huwiex missier it-tarbija. Filfatt, b’rabta ma dan il-każ ġiet arrestata ukoll t-tfajla tal-istess għarus tal-omm.
Kieku jumejn ta’ tensjoni fl-Afrika ta’ Isfel, wara li allegatament żewġ suspettati waqqfu karozza, ħatfu tarbija u telqu biha f’karozza oħra. Il-każ ġibed attenzjoni kbira għax saret kampanja qalila permezz tal-mezzi tax-xandir, u madwar mitt uffiċjal tal-Pulizija kienu involuti fit-tfittxija. Filfatt, wara dan l-iżvilupp, l-awtoritajiet stqarru d-dispjaċir tagħhom għal ħela ta’ flus u riżorsi li allokaw għal dan il-każ.
Iċ-ċkejkna Siwaphiwe Mbabo instabet f’road block f’nofs il-lejl is-Sibt. Żvolta stramba hi li waħda minn dawn il-persuni hija omm iċ-ċkejkna. Dan minħabba inkosistenzi kbar li ħarġu mill-interrogazzjoni tal-Pulizija, hekk kif l-aħħar żviluppi juru li l-omm gidbet dwar dak li kien ġara.
Filfatt il-Pulizija diġà kienet innotat li fost oħrajn it-tarbija ittieħdet bil-car seat b’kollox mill-karozza Toyota Yaris tal-omm; ħaġa stramba f’każ ta’ ħtif. L-omm, li għandha 34 sena, irrapportat li ħadulha lit-tarbija waqt li ppuntaw arma tan-nar lejha. Iżda l-Pulizija ddeskriviet dan il-każ, u anke l-verżjoni tal-omm, bħala dubjuża ħafna.
L-omm u missier it-tifla għamlu numru ta’ appelli biex isibu t-tifla tagħhom. Iżda l-missier ma kienx jaf li l-omm kellha relazzjoni ma’ raġel ieħor filwaqt li ma kienx jaf li hija kienet involuta fl-allegat ħtif.