Taljan ta’ 40 sena tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar erba’ sulari għoli, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ fabbrika li tinsab fiż-żona Industrijali ta’ Ħal Far.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella, li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.