Raġel ta’ 46 sena mill-Kalkara, indarab gravi wara li ħabat bil-mutur ma’ karozza li għadha mhux identifikata minħabba li allegatament is-sewwieq baqa’ sejjer.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:30 tal-Ħadd filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei, u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitnaddfu xi żjut li kien hemm fit-triq.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.