Sewwieq ta’ mutur, ta’ 31 sena minn Birkirkara, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li kien involut f’ħabta ma’ vettura misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena, residenti f’Birkirkara wkoll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:30 ta’ filgħodu fi Triq iż-Żagħfran, f’Ħ’Attard.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.