Raġel ta’ 23 sena minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident f’Birkirkara.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1:13 ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Karm bejn mutur tat-tip Royal Enfield misjuq mir-raġel ta’ 23 sena, u vettura ta’ tat-tip Vauxhall Insignia li kella xi ħsarat kienet tinstab wieqfa fuq n-naħa ta barra ta’ l-istess triq, fil-karreġġjata tal-lemin.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi
gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.