Fil-Mosta Technopark, iċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni ntlaqa’ b’parteċipazzjoni kbira hekk kif bosta reħewlha lejn dan iċ-ċentru biex jitlaqqmu mingħajr appuntament.
Dan permezz ta’ klinika li se ddur diversi lokalitajiet u li llum qiegħda stazzjonata fil-Mosta Technopark.
Filfatt, minħabba l-konkorrenza qawwija, iċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni fil-Mosta ser jibqa’ miftuħ waranofsinhar.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter ħabbar li 85% tal-adulti f’pajjiżna tlaqqmu minn tal-inqas l-ewwel doża.
Dan filwaqt li 81% tal-adulti tlaqqmu kompletament.
Apparti l-klinika li se ddur diversi postijiet f’Malta, wieħed jista’ jmur jitlaqqam l-Università bejn it-Tnejn u s-Sibt u f’Għawdex, wieħed jista’ jmur fiċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni fl-Aurora mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/07/19/mil-lum-dawk-li-ghadhom-ma-tlaqqmux-jistghu-jaqbdu-u-jmorru-jitlaqqmu-minghajr-appuntament/