Joe Biden rebaħ 9 mill-14-il stat li vvutaw biex jagħżlu kandidat Demokratiku għall-White House matul il-jum tat-Tlieta.
Fost l-istati li rebaħ l-eks Viċi-President tal-Istati Uniti, hemm dak ta’ Massachusetts, Minnesota, Oklahama, North Carolina u Virginia.
Hekk kif il-voti għadhom qed jingħaddu, Bernie Sanders mistenni jirbaħ l-ikbar stat minnhom ta’ Kalifornja.
Kif qegħdin l-affarijiet bħalissa, Biden għandu erba’ mija u żewġ delegati filwaqt li Sanders għandu tliet mija u erbatax. Madanakollu, ir-riżultat f’Kalifornja jista’ jibdel kollox b’erba’ mija u ħmistax-il delegat.
Biden u Sanders qegħdin f’tiġrija li se twassal biex xi ħadd minnhom jaffaċċja lill-President Repubblikan Donald Trump fl-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti f’Novembru li ġej. Intant il-kandidat Demokratiku Michael Bloomberg waqqaf it-tiġrija tiegħu biex ikun il-kandidat tad-demokratiċi/