Allied Newspapers Limited, il-pubblikaturi tat-Times of Malta u l-eks direttur maniġerjali Adrian Hillman, laħqu ftehim privat li permezz tiegħu irtiraw każi li kienu fetħu fil-konfront ta’ xulxin.
Kien wara allegazzjonijiet minn Daphne Caruana Galiza li Hillman kien ta r-riżenja tiegħu u eventwalment il-kumpanija għamlet inkjesta interna.
Fi stqarrija Allied Newspapers qalu li permezz ta’ dan il-ftehim waqqgħu il-każi l-Qorti.
Minn naħa tiegħu Adrian Hillman irringrazzja lill-kumpanija tal-opportunità li jservi fi ħdanha u esprima sodisfazzjon li l-każ ingħalaq b’mod pożittiv.
Għall-aħbar ireaġixxa c-chief of staff tal-uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri.
Qal fid-dawl li allegazzjonijiet li kienu saru kienu jinkludu kumpaniji li huma parti mill-grupp tiegħu, hu jilqa’ l-aħbar b’sodisfazzjon u żied li dan il-ftehim jindika li ma kienx hemm l-affarijiet ħżiena li kienu allegati.
“Id-diżonestà u l-kampanja politika fil-konfront tiegħi kienu provati li huma bla bażi,” qal Schembri fl-istqarrija tiegħu.
Żied li issa li l-kwistjoni ssolviet, f’ġieħ it-trasparenza Allied Newaspaper għandhom jippubblikaw l-inkjesta indipendenti.