Raġel ta’ 38 sena u mara ta’ 35 sena minn Bormla ġarrbu ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni l-mara li tilfet il-kontroll tal-karozza tat-tip Honda Accord li kienet qed issuq u baqgħet dieħla ġo siġra. Ir-raġel kien passiġġier fil-karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, f’Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħadu lill-mara u r-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.