Raġel ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar tilef ħajtu f’Kemmuna wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-limiti tal-għerien ta’ Santa Marija f’Kemmuna.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar.
Ir-raġel ittella’ mill-baħar bl-għajnuna tal-Emergency Response and Rescue Corps u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib taċ-ċentru tas-saħħa fl-Imġarr.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Brigitte Sultana.