Eġizzjan ta’ 25 sena tilef ħajtu wara li ħanut inħakem minn nirien fil-Marsa.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:00, fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza kif ukoll uffiċjali tal-pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Diversi persuni li kienu jinsabu fl-akwati kellhom jiġu evakwati kawża tan-nirien.
Dwar dan l-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.