Żagħżugħ ta’ 22 sena minn San Pawl Il-Baħar indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tal-Protezzjoni Ċivili, u din waqgħet madwar sular għoli għal ġo wied.
Riekeb miegħu, kien hemm raġel ta’ 37 sena miż-Żurrieq li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar f’Wied il-Kbir, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.