Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt wara ntlaqat minn vettura tal-għamla Citroen Berlingo li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 29 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu fi Triq Aldo Moro l-Marsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.