Raġel ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imdina.
L-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Subaru Sambar, misjuqa mir-raġel minn Wied il-Għajn u karozza tal-għamla Seat Arona, misjuqa minn raġel ta’ 28 sena miż-Żurrieq.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella, u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.