Raġel ta’ 50 sena li jogħqod iż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza fis-Siġġiewi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 tal-Ħamis wara nofsinhar fi Triq San Niklaw fis-Siġġiewi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżultaw li għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Nissan Qashqai, bil-konsegwenza li nqalbet.
Fuq il-post ukoll mar tim mediku li ħa r-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.