Bulgara ta’ 32 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn Norveġiża ta’ 43 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu, fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Pulizija u ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.