Mara ta’ 32 sena mill-Imtarfa tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż Żebbuġ meta kienet passiġiera fuq mutur.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofshinar fi Triq l-Imdina meta seħħ impatt bejn karozza ta’ tip misjuqa minn raġel ta’ 49 sena minn Ħaż-Żabbar u mutur misjuq minn raġel ta’ 40 sena.
Fuq il-post immedjatment issejħet amulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel u lill-mara li kienu fuq il-mutur l-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistart tal-Għassa Martin Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għal dan il-każ għadhom għaddejjin.