Ċiniża ta’ 31 sena li tgħix il-Ħamrun indarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza ħdejn Bieb il-Bombi fil-Furjana.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:30 fi Triq Sant’ Anna fil-Furjana, proprju kif wieħed jaqbeż Bieb il-Bombi, meta ntlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena mill-Belt.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara milquta l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li ġarrbet ġrieħi gravi.