Mara ta’ 61 sena mill-Ħamrun indarbet gravi, filwaqt li raġel ukoll ta’ 61 sena ndarab ħafif, wara li kienu involuti f’ħabta bejn żewġ karozzi, f’Ħal Far.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq Birżebbuġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mal-mara kien hemm passiġġier, tifel ta’ tliet snin li ttieħed l-isptar biex ikun żgurat li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri ta’ Protezzjoni Ċivili u tim mediku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulzija dwar dan il-każ għadhom għaddejjiin.