Mara ta’ tmienja u erbgħin sena mir-Rabat ġarrbet ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-karozza li kienet qed isuq tal-għamla Volkswagen Polo ma’ vann tat-tip Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ tlieta u tletin sena mill-Gżira.
Is-sewwieq tal-vann, żagħżugħa ta’ ħamsa u għoxrin sena u tifla ta’ sena li kienu passiġġiera mal-mara ġarrbu ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar fi Triq ir-Rabat ta’ Ħad-Dingli.
Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ mediku u tal-Protezzjoni Ċivili.
L-erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.