Mara ta’ 50 sena ndarbet gravi wara li l-vann li kienet riekba fih, ħabat ma’ karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Qaliet, f’Wied il-Għajn.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Żewġ vetturi li kienu pparkjati ġarrbu ħsarat, kawża ta’ dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.