Mara tilfet ħajjitha minħabba kawżiet naturali waqt li kienet qed tgħum fil-bajja ta’ Marsalforn f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:20 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku u l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.