Mara ta’ tlieta u sittin sena minn San Pawl il-Baħar kellha tittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’urġenza wara inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija qalet ma’ ONE News li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar, meta raġel ta’ ħamsa u tletin sena minn San Pawl il-Baħar nqaleb bil-karozza li kien qed isuq. Il-mara kienet passiġġiera.
Fuq il-post intalbet l-għajnuna immedjata tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Jidher li r-raġel ma ġarrab l-ebda ġrieħi, iżda l-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.