Mara ġarrbet ġrieħi ħfief wara li ħabtet bil-karozza tal-għamla Kia Avella li kienet qed issuq ma’ karozza tat-tip Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena min-Nadur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Pulizija u tim mediku li ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.