Instabu xi biċċiet mill-ajruplan tal-passiġġieri li waqt li kien f’titjira lejn il-Lvant tar-Russja tilef il-kuntatt mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru mumenti qabel l-inżul.
Skont rapporti fil-midja Russa, l-ajruplan li kellu 28 persuna abbord fuqu fosthom tifel, ħabat ma xi ġebel u baqa’ nieżel ġol baħar. Huwa maħsub li ħadd salva minn dan l-inċident, filwaqt li nstab sinjal mill-kaxxa s-sewda tal-ajruplan.
Fost il-passiġġiera kien hemm tifel.