Raġel ta’ 47 sena mill-Għargħur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sfronda saqaf bih, waqt li kien qiegħed jaħdem f’residenza li tinsab fi Triq Patri Magri, il-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:15 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lir-raġel mir-residenza, tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Il-ġurnalist ta’ ONE News fuq il-post ra lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin iqattgħu l-gallarija b’chainsaw sabiex jinħareġ ir-raġel midrub.
Tagħrif li kiseb ONE News jidher li r-raġel kien qed jaħdem u nqasmu x-xorok bih u waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia, li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.