Skont l-uffiċjal għad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Ħadd minn tal-inqas 18-il persuna nqatlu mill-pulizija fil-Myanmar. Dan kien l-aktar jum imdemmi s’issa mindu bdew il-protesti wara l-kolp ta’ stat mill-militar fl-ewwel jum tax-xahar.
L-imwiet ġew irraportati minn diversi bliet fosthom Yangon, Dawei u Mandalay hekk kif il-pulizija bdew jisparaw tiri u jitfgħu l-gass tad-dmugħ lejn id-dimostranti.
Aktar kmieni: Minn tal-inqas żewġ persuni nqatlu filwaqt li għexieren oħra ndarbu waqt il-protesti li qed isiru fil-Myanmar hekk kif il-pulizija fetħet in-nar fuq id-dimostranti.
Il-pulizija fetħet in-nar f’diversi partijiet tal-belt ewlenij ta’ Yangon hekk kif gass tad-dmugħ falla milli jofroq il-folol.
Il-prostesti ilhom għaddejjin mill-ewwel tax-xahar, hekk kif il-kolp ta’ stat waqqaf it-tentattivi għad-demokrazija fil-Myanmar wara kważi 50 sena ta’ tmexxija militari.