Anzjan ta’ 66 sena ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li anzjana ta’ 63 sena ndarbet ħafif wara li kienu involuti f’ħabta bejn mutur u karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena mis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu, fi Triq Rue D’Argens kantuniera ma’ Triq Manoel De Vilhena, il-Gżira.
Is-sewwieq tal-karozza ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim medeiku, li aktar tard ħa lill-anzjani l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.