Taljan ta’ 38 sena li joqgħod Birkirkara ndarab gravi wara li weġġa’ b’makkinarju li kien qed juża.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.