Serb ġarrab ġrieħi gravi wara li minn fuq ċint, b’konsegwenza li ġie ġo wied.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar fi Triq Birkirkara, f’San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.