Rumen ta’ 30 sena li joqgħod Birżebbuġa ttieħed l-isptar wara li skiddja bil-mutur tal-għamla Suzuki GSX R600. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45 quddiem il-Knisja tat-Trinità fil-Marsa.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku mill-isptar Mater Dei u uffiċjali tal-Pulizija.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…