S’issa 28 persuna huma rrapportati mejta kawża tat-terremot qawwi li kejjel sebgħa fuq l-iskala Rikter li heżżeż it-Turkija u l-Greċja.
Fit-Turkija s’issa hemm ikkonfermat 800 persuna midruba filwaqt li hemm madwar 180 persuna oħra li għadhom maqbuda taħt it-tifrik. It-tfittxijiet għadhom għaddejjin bit-tama li jinstabu aktar persuni ħajjin.
L-awtoritajiet Torok ramaw tined li qed jintużaw ta’ kenn għall-persuni li ġew evakwati minn djarhom minħabba biża’ li aktar bini jista’ jiġġarraf.