Ġie identifikat Ahmed Adawe Diriye li għandu 39 sena, residenti Birzebbuġa li aktar kmieni ġie rrappurtat nieqes.
Fi stqarrija il-Pulizija qalet li s-Somalu ġie identifikat bħala l-persuna li weġġa’ f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sfortunatament, huwa tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi serji li ġarrab.
Il-Pulizija temmet tirringrazzja lil kull min kien t’għajnuna biex il-persuna tiġi identifikata.