Ġermaniż ta’ 46 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar miet wara li kien involut f’ħabta bejn mutur tat-tip Gilera li kien misjuq mill-Ġermaniż u vettura tal-għamla Land Rover li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena mill-Mellieħa.
L-inċident seħħ fi Triq Telgħet x-Xemxija għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija.
Filmat li kiseb ONE News juri ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jagħtu l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur involut f’dan l-inċident, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea li ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.