Rumen ta’ 38 sena, Razvan Aurel Stefan li wkoll ġie arrestat nhar il-Ħamis fil-venda tal-Belt, ġie akkuzat b’numru kbir t’akkuzi ta’ serq għalkemm ma laħaqx seraq nhar il-Ħamis li għadda.
Huwa wieġeb ħati tal-akkuzi miġjuba kontrih. Is-sentenza tiegħu se tingħata nhar l-14 ta’ Frar.
Il-mara li wkoll ġiet arrestata l-Ħamis mhux se tkun imressqa.
Filwaqt li kienet assistita mill-Avukat taghha Dr. Lennox Vella tul l-investigazzjoni hija ma kinitx imfittxija fuq reati preċedenti.