Il-Pulizija ċaħdet allegazzjonijiet li saru minn Jonathan Ferris eks investigatur tal-FIAU.
Mas-Sunday Times Ferris allega li r-rapporti dwar ic-chief of staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ġew injorati.
Madankollu, l-Pulizija ikkonfermat li l-files kollha ġew reġistrati u tmexxew bħal f’każijiet simili.
L-istqarrija żieded tgħid li l-Korp tal-Pulizija dejjem mexa b’integrità u serjetà sħiħa u huwa ta’ għajb li jintefgħu dubji, anke b’fatti li ma jeżistux.
Il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) jiċħad kategorikament l-allegazzjonijiet u l-insinwazzjonijiet ta’ mġiba mhux korretta magħmula kontra tiegħu f’artiklu bl-isem ta’ ‘FIAU Investigator ‘sidelined’ after Egrant allegations’ li deher fil-ġurnal The Sunday Times of Malta tas-16 ta’ Lulju 2017, liema artiklu jgħid li hu bbażat fuq intervista ma’ Jonathan Ferris eks-impjegat tal-FIAU.