Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel esprimiet xokk għall-istat devastanti li jinsabu fih uħud miż-żoni l-aktar milquta mill-għargħar fil-Ġermanja. Waqt iż-żjara tagħha hija tkellmet ma’ numru ta’ ċittadini vittmi tal-maltemp qawwi kif ukoll mal-ħaddiema tal-emerġenza.
Iż-żjara tagħha saret waqt li numru ta’ persuni fil-Ġermanja u l-Belġju bdew bit-tindif wara l-ħerba sħiħa li ħalla warajh l-għargħar.
Dan filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għall-aktar persuni li għadhom irrapportati nieqsa.
Ix-xita qalila ħasdet il-ħajja ta’ minn tal-inqas 184 persuna; fil-Ġermanja biss mietu aktar minn 150 persuna inkluż erba’ ħaddiema tas-salvataġġ.
L-Awstrija, l-Iżvizzera, il-Lussemburgu u l-Olanda wkoll sfaw milquta minn xita qalila.
Kamera tas-sigurtà qabdet dan il-ħtif li sar fid-dawl tax-xemx nhar il-Ħamis li għadda fi Queens, New York.
Ir-raġel ġie arrestat għal dan l-attentat ta’ ħtif.