Mara ta’ 46 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li waqgħu numru ta’ folji ta’ gypsum boards meta marret biex tressaqhom
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar, f’dar li tinsab Triq il-Gran Mastri f’Wied il-Għajn.
Fuq il-post isejħet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei li aktar tard ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.