Ungeriż ta’ 35 sena ġarrab ġrieħi gravi li wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Suzuki Swift li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Għaxaq.
Il-każ għall-ħabta tal-10:30 tal-Ħamis filgħodu fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadu lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.