Malti ta’ 62 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qiegħed isuq tal-għamla Honda ma’ karozza tat-tip BMW X4 li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu fi Triq l-Imġarr, fl-Imġarr.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.