Taljan ta’ sitta u ħamsin sena li jgħix Birkirkara, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin għoxrin fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara, meta r-raġel inqabad bejn trailer u makkinarju li kien qed iħaddem.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.