Albaniż ta’ sebgħa u ħamsin sena li joqgħod il-Munxar ġarrab ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-siegħa u nofs u ħamsa ta’ waranofsinhar waqa’ xi ħadid fuqu, f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq K. Darmanin fil-Pietà.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tal-membri tal-Pulizija u tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
ONE News lemaħ ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu qegħdin f’operazzjoni delikata biex isalvaw li dan il-ħaddiem.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.