Ħadd ma weġġa’ wara li żviluppaw nirien f’żewġ appartamenti.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ waranofsinhar fi blokka appartamenti li tinsab fi Triq il-Ġifen San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post kien hemm il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għamlu ħin konsiderevoli biex tfew in-nirien u neħħew kull periklu.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.