Ħadd ma weġġa’ wara li karozza li kienet ġo garaxx ħadet in-nar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranosinhar, fi Triq is-Saqwi, Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili, li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.