Ħadd ma weġġa’ wara li appartament inħakem min-nar fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.
In-nar beda minn main tad-dawl għall-ħabta tas-7:00 tal-Ħadd filgħodu.
Immedjatament issejħu fuq il-post membri tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma sabiex jitfu n-nirien filwaqt li ntalbet ukoll l-assistenza t’ambulanza b’tim mediku mill-isptar Mater Dei.