Ġuvni jinsab fil-periklu tal mewt wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam mat-tfajla tiegħu Triq ix-Xatt fil-Pietà.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li malli l-uffiċjali waslu fuq il-post irriżulta li ġuvni ta’ 17-il sena mill-Belġju residenti Pembroke u tfajla ta’ 17-il sena mill-Ukranja residenti Tas-Sliema, intlaqtu minn Renault Clio li kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 30 sena residenti Ħal Tarxien.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
Aktar tard, il-ġuvni ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji, filwaqt li l-kundizzjoni t-tfajla ġarrbet ġrieħi gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli ġiet infurmat bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.