Bulgaru ta’ 43 sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara inċident, f’sit ta’ kostruzzjoni, li seħħ
waranofsinhar.
Kienu għall-ħabta tas-12:40 xħin il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Mater Boni Consili, il-Fgura.
Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta kawża tar-riħ kien waqqa’ xi ġebel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard illejla ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.