Sirjan li joqgħod San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sula u nofs f’sit tal-kostruzzjoni fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:50 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Karmnu. Fuq il-post issejħu l-Pulizija u membir mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġiet ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.