41% tax-xewqat u ħolm għal dan il-Milied ta’ aktar minn 2,000 tifel u tifla diġà huma mwettqa.
Dan sar fi ftit sigħat hekk kif ilbieraħ tnediet id-disa’ edizzjoni ta’ Children’s Dreams. Kampanja li ssir kull sena f’dawn iż-żminijiet li tkun amministrata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal.
Din il-kampanja hija maħsuba sabiex tferraħ tfal li jkunu ġejjin minn familji b’xi sfidi jew tfal li bħalissa qed joqogħdu fi djar tat-tfal.
Huma bosta x-xewqat, l-aktar komuni huma għall-ħwejjeġ.
Il-fondazzjoni temmen li kull tifel u tifel għandu jkollu rigal tal-Milied u għalhekk peremezz ta’ Children’s Dream u s-solidarjetà tal-poplu Malti u Għawdxi dan jista’ jseħħ.
Intant l-appell huwa li kull min jixtieq jgħin lil dawn it-tfal jista’ jidħol fuq is-sit www.childrendreams.org