9 immigranti llegali tressqu quddiem Maġistrat Yana Stafrace. Saret it-talba għall-ħelsien u l-prosekuzzjoni oġġezjonat minħabba l-gravità tar-reat.
Id-difiża tgħid li ma jkunx ġust li jinżammu arrestati minħabba li diġà qed jinżammu fid-detenzjoni. Il-qorti tiċħad it-talba tal-ħelsien minħabba r-raġunijiet sottomessi mill-prosekuzzjoni.
L-interpretu f’ isem wieħed mill-akkużati spjega li dan għandu familja barra mid-detenzjoni. Il-qorti spjegat li ser jittiehdu l-ħabs ta’ kordin għaliex ma jistgħux jitħalltu man-nies l-oħra li hemm fid-detenzjoni għax ħafna minnhom ser ikunu xhieda fil-każ.
Helga Buttigieg Debono u Mario Buttigieg huma l-avukati tagħhom. Wieħed mill-għaxra ma setax jitressaq il-qorti għalissa minħabba li għadu rikoverat l-isptar. Il-Prosekuzzjoni hija mmexxija mill-Ispettur Charlotte Curmi.